Vjaġġ bil-karozzin ma jistax idum aktar minn 45 minuta
Jitħabbar l-avviż legali li se jipprovdi regoli ġodda għall-karozzini
More in Politika
Jitħabbar l-avviż legali li se jipprovdi regoli ġodda għall-karozzini
Waqt konferenza stampa kmieni dalgħodu, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri ħabbar illi permess ta' avviż legali se jidħlu aktar regolamenti fir-rigward taż-żwiemel tal-karozzin. Fosthom, vjaġġ bil-karozzin ma jistax idum aktar minn 45 minuta filwaqt li fix-xhur tas-sajf vjaġġ bil-karozzin mhux permess bejn is-1:00 pm u 4.00 pm.
Hu qal li din id-deċiżjoni qed toffri sens ta’ bilanċ bejn dak li hu trattament xieraq għall-annimali u l-aspett ekonomiku.
Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-avviż legali hu mibni fuq il-prijorità lejn is-saħħa tal-annimal u semma' li f’dan il-każ mhux qed inħarsu biss lejn iż-żiemel bħala mezz ta’ trasport. Elenka li primarjament id-diskussjoni wasslet biex qed indaħħlu fis-seħħ avviż legali li qed jieħu konoxxenza, tal-aktar perjodi sħan fis-sajf, tal-istress taż-żiemel fil-ħidma tiegħu b’mod ripetut kif ukoll tat-tagħbija li jkun qed iġorr
Fid-dawl t'hekk l-avviż legali se jintroduċi dawn il-provedimenti.
Karozzini ma jistgħux jiċċirkolaw f’xi triq matul il-perjodu bejn l-ewwel ta’ Lulju u l-aħħar ta’ Awwissu.
Bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar (1pm-4pm).
Qed nagħtu setgħa biex jekk ikun hemm min jabbuża l-uffiċjali jistgħu jitolbu li dak iż-żiemel jitneħħa minn fuq it-triq.
Żiemel jista’ jintuża biss fi ġranet alternattivi.
Filwaqt li ma jistax jintuża għal vjaġġi f’aktar minn tlett ijiem f’ġimgħa waħda.
Kull vjaġġ ma jistax idum aktar minn 45 minuta.
Kif ukoll ma jistax jgħabbi aktar minn 5 persuni inkluż is-sewwieq.