Il-Qorti tordna inkjesta dwar il-ftehim tal-Gvern mal-VGH

Fi stqarrija l-Gvern qal li se jkun qiegħed jappella minn din id-deċiżjoni.

Illum il-Qorti ordnat li tinfetaħ inkjesta Maġisterjali dwar it-trasferiment ta' tliet sptarijiet tal-Gvern lil Vitals Global Healthcare.

Din l-inkjesta kienet ġiet rikjesta mill-Għaqda Non-Governattiva Repubblika, li talbet lill-Qorti biex tistabilixxi jekk il-Gvern ma tax vantaġġ lil l-investituri tal-VGH fil-proċess tas-selezzjoni.Din se tkun l-ewwel darba li l-Ministri Edward Scilcuna u Chris Cardona se jkunu s-suġġett ta' inkjesta Maġisterjali.

Fi stqarrija l-Gvern qal li se jkun qiegħed jappella minn din id-deċiżjoni. "Dawn huma allegazzjonijiet spekulattivi u li ġejjin minn persuni mmotivati mit-twemin politiku tagħhom. Se nkunu qiegħdi nappellaw minn din id-deċiżjoni," qal il-Gvern

 

More in Politika