Il-Unjin Maltija tal-Għalliema ħabbret sett ta’ direttivi industrijali għal dawk li jaħdmu fis-Servizzi tal-Istudenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika.
Fi stqarrija, l-MUT spjegat kif dawn id-direttivi tħabbru wara negozjati ta’ 12-il xahar dwar ftehim ġdid għall-gradi f’’dan is-servizzi li jinkludu Counsellors, Career Advisors, Youth Workers, Resource Workers u oħrajn.
L-MUT insistiet li l-Ministeru qed ifalli milli jirrikonoxxi l-importanza ta’ dawn il-gradi, anke jekk ħafna qed jitilqu, tant li hemm nuqqas ta’ serju ta’ staff li qed jaffettwa s-servizzi offruti lill-istudenti.
Fost oħrajn, id-direttivi huma dawn:
- Ma jaħdmux fuq My Journey
- Ma jissottomettux rapporti, lanqas dak annwali
- Ma jweġbux imejls mill-management
- Ma jweġbux telefonati mill-management
- Ma jattendux laqgħat organizzati mill-management
- Ma jikkommonikawx mal-managment
Dawn id-direttivi se jidħlu fis-seħħ min-nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju.