Il-Pulizija qed tinvestiga filmati ta’ CCTV wara vandaliżmu li sar matul il-lejl li għadda fuq il-bini tal-Awtorità għall-Ambjent u r -Riżorsi.
Fi stqarrija, l-ERA qalet li x’aktarx li dan l-att vandalu hu relatat mad-deċiżjoni li ttieħdet ilbieraħ favur il-proġett Central Link Highway.
L-ERA insistiet li bħala konsulent estern mal- Awtorità tal-Ippjanar, tul ix-xhur li għaddew eżaminat dan il-proġett bir-reqqa u assessjat l-istudji u d-dettalji tal-Environmental Impact Assessment.
Fakkret li hi ħejjiet ir-rapporti tagħha b’għadd ta’ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet.
Innutat kif ħafna mill-pjanijiet oriġinali ta’ dan il-proġett ġew mibdula biex l-impatt fuq is-siġar jonqos b’mod drastiku u jonqos b’mod sinifikanti l-impatt fuq l-art li se tkun qed ttieħed.
Ritratti ppubblikati fuq is-sit Times of Malta juru graffiti mal-ħajt bil-kliem: "ERA Mafja" u anke "Central Link."