Itemmu l-btala bil-qares wara ġlieda ma' tat-taxis f'Paceville
Żewġt irġiel spiċċaw fl-iżbarra wara li kellhom xi jgħidu mas-sewwieqa tat-taxis f'Paceville
More in Politika
Żewġt irġiel spiċċaw fl-iżbarra wara li kellhom xi jgħidu mas-sewwieqa tat-taxis f'Paceville
Żewġt irġiel Taljani li kellhom ġlieda ma’ għadd ta’ sewwieqa tat-taxi spiċċaw il-Qorti fejn ingħataw il-libertà kkundizzjonata.
Iż-żewġ irġiel kienu qed jistrieħu ma’ taxi li kienet ipparkjata f’Paceville għall-ħabta tal-4am wara lejl f’Paceville.
Fil-Qorti nstema’ kif is-sid tat-taxi beda jinsultahom u saħansitra għadda kummenti razzisti kontrihom, b’aktar sewwieqa jkomplu miegħu.
Il-Prosekuzzjoni qablet ma’ dak li qalet id-Difiża iżda żiedet tgħid li wieħed mit-Taljani kellu flixkun tal-birra u beda jhedded lis-sewwieqa bih.
F’ħin minnhom, wieħed minnhom saħansitra ħareġ mus żgħir mill-but.
Iż-żewġ Taljani kienu akkużati li hedded lis-sewwieq u li kienu qed iġorru arma fil-pubbliku. It-tnejn li huma wieġbu ħatja.
L-akkużati kienu Malta fuq btala u kellhom jirritornaw ilbieraħ filgħaxija.
L-Avukat tad-Difiża saħaq li l-mus ma kienx akbar minn 8 ċentimetri u allura ma għandhiex titqies bħala arma illegali, iżda l-Prosekuzzjoni saħqet li sikkina ma għandhiex tinġarr ‘l hemm u ‘l hawn qiesu xejn mhu xejn.
“Hemm differenza bejn sikkina fil-kċina u sikkina li qed tinġarr f’Paceville fl-4am,” saħqet il-Prosekuzzjoni.
Wara li semgħet l-argumenti kollha, il-Qorti poġġiet lit-Taljani taħt sitt xhur libertà kkundizzjonata.
Wieħed mit-Taljani kien ordnat iħallas ukoll €116.47 talli kien fil-pussess ta’ sikkina.