Fit-tieni kwart tas-sena 2019 b'kollox daħlu 130 cruise f'pajjiżna, żieda ta' 27 meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Bħala medja kull vapur ġarr 2,028 passiġġier, jew 253 iktar mis-sena ta' qabel. B'kollox ġew 263,608 fuq cruises jew żieda ta' 44% li jammontaw għal żieda ta' 80,746. Minn dawn 23,274 niżlu fuq l-art.
65.5% ta' dawk li ġew iżuruna bil-baħar kienu ġejjin minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, bl-akbar numri jkunu mill-Ġermanja (52,551), r-Renju Unit (49,155), l-Italja (27.704) u Franza (14.072).
It-total tal-passiġġieri minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea laħqu t-total ta' 90,966, b'43% li ġew mill-Istati Uniti.
Fuq bażi ta' ġeneru l-maġġoranza tal-passiġġiera kienu nisa (54.3%) filwaqt li l-akbar persentaġġ ta' passiġġieri kienu dawk bejn is-60 u d-79 sena.