Il-figura ta' €20,000 biex ikun sfidat legalment il-proġett tas-Central Link intlaħqu f'inqas minn 24 siegħa. Hekk ħabbru numru ta' għaqdiet non-governattivi li qed jopponu dan il-proġett minħabba siġar li se jinqalgħu u raba' li se jintuża biex tiwessa' t-triq.
L-istqarrija tgħid illi r-residenti u ċ-ċittadini urew li l-oppożizzjoni tagħhom hija ħafna ikbar milli qed jaħse il-Gvern, speċjalment fost iż-żoni affetwati. "Ninsabu kuntenti bl-appoġġ li rċevejna minn nies fl-aħħar sigħat, b'messaġġi ta' inkoraġġiment."
L-għaqdiet qalu illi issa se jaraw x'passi oħrajn se jittieħdu biex jittieħdu l-passi legali filwaqt li qalu li se jkomplu jaċċettaw donazzjonijiet.
L-għaqdiet huma: Bicycle Advocacy Group, BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Futur Ambjent Wieħed, Għaqda Bdiewa Attivi, Għaqda Siġar Maltin, Isles of the Left Malta, Youth in Agriculture Foundation, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, Ramblers Association u The Archaeological Society Malta