'M'hemmx aktar ħin għal dawk li ma jridux jaħdmu għall-ġid tal-partit'
Waqt li kien qed jiġi intervistat fil-programm XTRA fuq TVM, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jisħaq li l-eżistenza tal-PN mhux marbuta ma' deputat jew ieħor
2 t'Awwissu 2019 10:40 minn Liam Carter
il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia | Ritratt James Bianchi MediaToday
Waqt li kien qed jiġi intervistat fil-programm XTRA fuq TVM, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq illi, "l-Partit Nazzjonalista mhuwiex marbut ma xi deputat jew ieħor u li jrid jinbidel u jsir aktar żagħżugħ."
Mistoqsi mill-preżentatur Saviour Balzan kif jista' jerġa' jagħmel il-Partit Nazzjonalista rebbieħ meta fit-tim tiegħu għandu deputati li l-ħin kollu, "jdaħħlulu stallett", Delia saħaq illi, "iridu nieħdu d-deżiċjonijiet kollha li hemm bżonn. Jiena bniedem li l-kritika noħodha tajjeb, irrispettivament minn fejn ġejja." Żied jgħid li, "il-bieb huwa miftuħ għal dawk kollha ta' rieda tajba. M'hemmx aktar ħin għal dawk li ma jridux jaħdmu għal ġid tal-partit."
Minkejja din id-dikjarazzjoni, Delia kien ċara illi huwa m'huwiex se jadotta stil awtoritarjan li ma jaċċettax kritika kostruttiva. "Minix persuna li ma naċċettax kritika iżda żgur mhux se nippermetti minn jxekkel il-Partit Nazzjonalista.
Il-programm XTRA jixxandar il-Ħamis fid-20:50 fuq TVM.