DBRS tikkonferma ċertifikat pożittiv għall-ekonomija Maltija

L-Aġenzija ta' kreditu DBRS ikkonfermat ir-rating pożittiv għall-ekonomija ta' pajjiżna A(high) u stabbli

Il-Ministru Edward Scicluna iressaq il-Baġit
Il-Ministru Edward Scicluna iressaq il-Baġit

L-Aġenzija ta' kreditu DBRS ikkonfermat ir-rating pożittiv għall-ekonomija ta' pajjiżna A(high) u stabbli. 

Filwaqt li semmiet tkabbir annwali ta' 7% fil-Prodott Gross Domestiku l-aġenzija sostniet li r-raġuni għal dan iċ-ċertifikat pożittiv huma: Tnaqqis fid-dejn pubbliku, implimentazzjoni effettiva ta' riformi, inkluż fis-setturi ġudizzjarji u finanzjarji u reżiljenza ekonomika għal xokkijiet minn barra. 

Minkejja dan, DBRS qalet ukoll illi deterjorament fid-dejn pubbliku jista' jitfa' pressjoni fuq ir-ratings ta' Malta.

 

More in Politika