Ma jridx jibqa’ jmexxi l-MDA... imma jriduh jibqa’
Chetcuti jikkonferma u jgħid li hu jħoss li ta kontribut biżżejjed f’dan il-qasam
More in Politika
Chetcuti jikkonferma u jgħid li hu jħoss li ta kontribut biżżejjed f’dan il-qasam
F’Jannar li ġej waqt il-Kunsill tal-Malta Developers’ Association se ssir elezzjoni għal President tal-istess assoċjazzjoni. L-ILLUM tinsab infurmata li Sandro Chetcuti, President għal 10 snin, mhux se jerġa’ jikkontesta għal din il-kariga jew kwalunkwe kariga fl-MDA.
Mal-ILLUM Chetcuti jikkonferma u jgħid li hu jħoss li ta kontribut biżżejjed f’dan il-qasam. Mistoqsi jekk hux qed jikkunsidra l-politika, Chetcuti qal f’dan il-mument ma jħossx li għandu jidħol fil-politika.
“Għalkemm lest inżommha l-kelma tiegħi meta għidt li mhux se nerġa’ nikkontesta, ma rridx nara din it-tarbija li ħloqna u li għamlet tant ġid tisfaxxa,” qal Chetcuti.
Din il-gazzetta kellmet ukoll lis-Segretarju Ġenerali tal-MDA Michael Stivala, li filwaqt li kkonferma li Chetcuti mhux beħsiebu jikkontesta mill-ġdid, qal ukoll illi l-membri qed jagħmlu ħafna pressjoni biex fil-fatt jibqa’.
“Sandro huwa wara ħafna mill-ideat tal-MDA. Il-membri kollha lilu jridu li jibqa’ għax kulħadd jirrikonoxxi x-xogħol tajjeb li għamel u li wassal biex tant membri jiġu fuq saqajhom.”
“Jekk jitlaq nitilfu mutur kbir,” qal Stivala lil din il-gazzetta.