Grupp ta' persuni mill-Kottonera, fosthom l-attivista Andrea Dibben, bdew petizzjoni msejħa 'Azzjoni: Tuna Artna Lura' illi fiha qed joġġezzjonaw kontra l-estensjoni tal-American University of Malta, fil-Kottonera.
Dawn qed jinsistu illi dan qed isir minħabba, "telf ta' spazju pubbliku miftuħ, f’lokalita’ li diga’ mibnija ħafna u m’għandiex biżżejjed spazji miftuħa. Telf ta bini ta’ wirt storiku u veduti storiċi, li huma l-essenza tal-identita’ u wirt storiku fil-Kottonera u kunsiderazzjonijiet estetiċi, billi d-disinji u l-għoli tal-binja proposti mhumiex iżommu mal-gwidi ta’ ‘Urban Conservation Areas.’
Il-petizzjoni hija indirizzata lill-Prim Ministru, Ministri u Membri Parlamentari tad-distrett "biex dawn jintervjenu ħalli jipprevjenu din l-atroċita’."
Din l-etsensjoni, jew parti minnha qajmet r-rabja ta' Deputat Laburista u anke ta' numru ta' Kunsilliera u residenti hekk kif qed joġġezzjonaw għad-dormitorju li se jieħu post wieħed mill-uniċi parkeġġi li hemm fiż-żona. Dan apparti li l-proġett li qajjem tant kontroversja, minħabba li kien se jieħu art fil-Ponta ta' Żonqor, għadu lura milli jattira n-numri ta' studenti li kienu mwiegħda.
Ara hawnhekk x'ippropona d-Deputat Laburista Glenn Bedingfield fuq it-tali dormitorju
Ara hawnhekk ir-reazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Isla
Ara għalfejn kienet posposta d-deċiżjoni dwar dan id-dormitorju