Il-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista f’Bormla unanimament qabel li jopponi l-estensjoni tal-kampus tal-Università Amerikana f’Bormla.
Fi stqarrija, il-Kumitat Sezzjonali saħaq li li f'Bormla m'hemmx fejn isir iktar bini u żvilupp ta' dan it-tip.
“Diġa għandna nuqqas ta' spazji miftuħa, u r-residenti Bormliżi b'din l-estensjoni se jkunu qed jitilfu l-uniku spazju li għad fadal,” saħqet l-istqarrija.
Il-Kumitat Sezzjonali lifakkar li s-sit fejn kienet ippjanata li sservi bħala Għassa tal-Pulizija f'Bormla, wara li tlestiet kważi minn kollox ttieħdet ukoll mill-AUM.
L-istqarrija ttemm tapġella lill-Gvern u lill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar “biex ma jibqgħux insensittivi lejn ir-residenti tal-Kottonera speċjalment dawk Bormliżi,” u biex l-applikazzjoni tkun irrifjutata.
Intant, grupp ta' persuni mill-Kottonera bdew petizzjoni msejħa 'Azzjoni: Tuna Artna Lura' illi fiha qed joġġezzjonaw kontra l-estensjoni tal-AUM.
Ara hawnhekk x'ippropona d-Deputat Laburista Glenn Bedingfield.
Ara hawnhekk ir-reazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Isla.
Ara għalfejn kienet posposta d-deċiżjoni dwar id-dormitorju propost mill-AUM.