Mill-lum tibda l-ġimgħa tal-Pride, ġimgħa illi fiha l-komunità LGBTIQ tiċċelebra d-diversità, l-akkwisti fid-drittijiet ta' persuni LGBTIQ, l-aktar riċenti jkun żwieġ ugwali għal kulħadd u l-imħabba, f'kull forma tagħha.
Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan qed jingħaqad fiċ-ċelebrazzjonijiet din is-sena u saħansitra tella l-bandiera tal-qawsalla minflok tal-lokal, biex jimmarka l-appoġġ tiegħu għal Pride Week.
F'messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook il-Kunsill qal illi f'lokalita' fejn id-diversita' dejjem kienet xi ħaġa milqugħa l-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan "huwa kburi li qiegħed jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' Pride Week!"