Il-Gvern Ingliż mistenni jieħu t-tieni ċans u jitlob lill-Parlament biex jivvota favur elezzjoni ġenerali bikrija.
Din tista’ tkun l-aħħar azzjoni tal-Parlament Ingliż qabel dan ikun sospiż sal-14 ta’ Ottubru li ġej, ftit jiem biss qabel il-ġurnata tal-31 ta’ Ottubru, il-ġurnata li fiha suppost se jseħħ Brexit.
X’aktarx li l-Gvern jitlef dan il-vot, hekk kif il-partiti fl-oppożizzjoni jridu li qabel jivvotaw dwar elezzjoni bikrija, tkun implimentata l-liġi tagħhom li twaqqaf Brexit bla ftehim.
Il-Prim Ministru Boris Jonhson sejjaħ għal elezzjoni bikrija wara li l-Parlament, inkluż Deputati tiegħu stess, ivvutaw favur li r-Renju Unit jitlob mill-ġdid estensjoni għal Brexit jekk sad-19 ta’ Ottubru, Johnson ma jirnexxilux jikseb ftehim aħjar mal-Unjoni Ewropea.