Żewġ stati membri se jkunu qed jieħdu l-immigranti abbord il-bastiment Alan Kurdi hekk kif intlaħaq qbil li dawn jinżlu Malta.
Fi stqarrija, il-Gvern saħaq li Malta aċċettat li tkun parti minn soluzzjoni Ewropea bil-għan li dawn l-immigranti jingħataw port sigur.
Il-Gvern insista li l-ħames immigranti se jkunu immedjatament irrilokati f'żewġ stati membri oħra. Il-Gvern ma qalx liema huma dawn iż-żewġ pajjiżi.
Fl-aħħar jiem Malte evakwat 8 immigranti oħra minn fuq dan il-bastiment.
Tlieta minnhom ġew evakwati lbieraħ wara li ppruvaw jaqbżu l-baħar minkejja li ma jafux jgħumu filwaqt li ħamsa oħra, erba’ minnhom tfal, ġew evakwati bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Il-Gvern fakkar ukoll kif il-persuni l-oħra li tniżżlu Malta fl-aħħar ġimgħat qed ikunu rrilokati fil-pajjiżi l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea.