Għadd ta' immigranti qed jipprotestaw fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta' Ħal Safi, liema protesta baqgħet.
Immigranti jinstemgħu jgħajtu u anke jżommu kartelluni bil-kliem: "libertà" u "aħna mhux kriminali."
Din hija t-tielet protesta fl-aħħar ġimgħat f'dan iċ-Ċentru ta' Detenzjoni.
Fl-aħħar protesta, ħmistax ilu, l-immigranti wkoll bdew jitolbu l-ħelsien filwaqt li bdew jaħarqu xi saqqijiet.
S'issa jidher li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll anke jekk is-Servizz ta’ Detenzjoni talab għall-assistenza tal-Pulizija tad-distrett, tar-Rapid Intervention Unit u l-iSpecial Intervention Unit.
Preżenti wkoll vetturi tat-tifi tan-nar tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.