Martin Micallef kien ilu sentejn fil-kariga
Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir, Martin Micallef.
Micallef tilef ħajtu matul il-lejl li għadda.
Huwa kien ilu fil-kariga aktar minn sentejn.
Micallef kien impjegat tal-PBS u kellu esperjenza twila ta’ aktar minn 40 sena fl-oqsma tax-xandir lokali u internazzjonali.
Kien ukoll eeeeeSegretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Italja f’Malta.