Żewġt irġiel qed isofru minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ fi Triq J.F. Kennedy, San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax neqsin għaxra.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li raġel Taljan ta’ 44 sena residenti San Pawl il-baħar tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuquħabat ġo żewġ vetturi li kienu wieqfa fil-ġenb tat-triq.
Flimkien miegħu kien hemm raġel Taljan ta’ 27 sena li wkoll sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u permezz t’ambulanza, biż-żewġ persuni jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.