Il-Maltin l-aktar kuntenti bir-relazzjonijiet ma' dawk ta' madwarhom
Stħarriġ tal-Eurostat juri wkoll li l-Maltin huma fost l-aktar kuntenti bil-qagħda finanzjarja tagħhom
More in Politika
Stħarriġ tal-Eurostat juri wkoll li l-Maltin huma fost l-aktar kuntenti bil-qagħda finanzjarja tagħhom
Il-poplu Malti huwa l-aktar poplu kuntent, fost dawk membri tal-Unjoni Ewropea, bir-relazzjonijiet personali.
Fil-fatt, Malta tinsab fuq nett tal-lista, bil-maġġoranza assoluta tal-Maltin li ħadu sehem fl-istħarriġ tal-Eurostat jisħqu li huma kuntenti bir-relazzjoni tagħhom ma’ dawk ta’ madwarhom.
Fuq skala minn wieħed sa għaxra, bl-għaxra tfisser “l-aktar sodisfatti,” il-medja rreġistrata f’Malta kienet dik ta’ 8.6, filwaqt li dik tal-Unjoni Ewropea hija ta’ 7.9%.
Malta hija segwita mill-Awstrija, l-Islovenja, Ċipru, l-Iżvezja u l-Fillandja.
L-inqas popli kuntenti bir-relazzjonijiet personali huma dawk tal-Bulgarija, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, l-Ungerija u r-Rumanija.
Apparti minn hekk, il-Maltin huma wkoll fost l-aktar poplu kuntent bis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.
Fil-fatt il-Maltin huma fost l-aktar popli kuntenti bil-qagħda finanzjarja tagħhom. Malta kklasifikat fit-tmien post, bl-aktar popli kuntenti jkunu l-Fillandja, l-Awstrija, id-Danimarka, il-Polonja, l-Iżvezja, l-Olanda, il-Belġju u l-Lussemburgu.
Meta wieħed jiġbor kollox, jirriżulta li l-aktar nies kuntenti bil-ħajja li qed jgħixu huma l-Fillandiżi, l-Awstrijaċi, dawk tad-Danimarka, il-Pollakki u l-Iżvediżi.
F’din il-klassifika, Malta tinsab fid-disa’ post, xorta aktar mill-medja Ewropea.