Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ordnat inkjesta dwar l-avukat Jean Chetcuti Cauchi u d-ditta legali tieħu Chetcuti Cauchi Advisors Ltd u Chetcuti Cauchi Consulting Ltd.
L-NGO Repubblika kienet għamlet talba għal inkjesta wara li d-ditta legali spiċċat f’nofs kontoversja wara li l-programm Franċiż Enquête Exclusive, ippubblika programm fejn ġurnalist Franċiż mar fl-uffiċini ta' Chetcuti Cauchi biex jistaqsi dwar il-programm taċ-ċittadinanza Maltija. Ġurnalist, ippoża daqslikieku kien rappreżentant legali ta’ klijenti Afrikani li kienu interessati li jixtru ċ-ċittadinanza Maltija.
F’digriet mogħti llum, il-Maġistrat qal li l-inkjesta se tistabbilixxi jekk il-fatti rrappurtati kienux fil-fatt każ ta' korruzjoni li taqa' taħt il-kodiċi kriminali.
Id-ditta Legali Chetcuti Cauchi qed tiċħad dawn l-allegazzjonijiet kollha fil-konfront tagħha u biex tisħaq li qatt ma kisret il-liġi.