L-eks Prim Ministru u l-Ewroparlamentari Alfred Sant tefa’ ħarstu fuq Triq il-Wied f’Ħal Balzan u li fi kiemu tħalliet “ft stat diżastruż,” minkejja li x-xogħlijiet fuqha bdew fl-2018.
“Magħluqa għat-traffiku, imħarbta, imħaffra u maqlugħa, b’xogħlijiet li donnhom ma jispiċċaw qatt jew jirrepetu ruħhom, it-trufijiet u l-ġnub tagħha mblukkati,” innota Alfred Sant.
Kien għalhekk li staqsa tliet mistoqsijiet:
- X’hemm wara dan kollu?
- Ineffiċjenza grassa?
- Xogħol li qed isir bin-nifs għax min daħal għalih mhux ilaħħaq max-xogħlijiet li jidħol għalihom?
Fakkar li hi x’inhi r-raġuni, qed ibatu r-residenti u min irid juża t-triq.
Din hija waħda mis-sensiela ta’ posts ta’ Alfred Sant fl-aħħar jiem. Fost dawn, Sant kien ikkritika bl-aħrax id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-villa f’ODZ fil-Qala.