Waqt intervista fuq NET FM, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, qal li l-Partit Nazzjonalista jridu jattendi l-protesta tal-lejla u jappoġġjaha kompletament, anke bid-differenzi li jista' jkollu mal-organiżazzjoni. Ta eżempju tal-appoġġ li ta għall-protesti ambjentali li seħħew fil passat. Hu kien qiegħed jirreferi, fost l-oħrajn, għall-protesta li saret kontra l-iżvilupp fiż-Żonqor kontra l-iżvilupp tal-Univeristà Amerikana ta' Malta. Semma ukol li l-partit tiegħu jrid jieħu pożizzjoni min ta’ quddiem fil-protesta li se sseħħ illejla. Delia, qal li bil-preżenza prominenti tal-partit ilejla, jintbagħat messaġġ qawwi lill-gvern li l-korruzzjoni tiegħu hija inaċċettabbli.
Dan huwa b’kuntrast għal dak li saħaq Robert Aquilina ilbieraħ mal-ILLUM meta ddikjara li r-Repubbilka mhi se tħalli ħadd jagħmel il-protesta tiegħu.
Semma wkoll li hi tal-mistħija li xi ħadd li hu korrott, u elenka numru ta' każijiet, jibqa' f’pożizzjoni daqshekk għolja fil-gvern. Hu qal ukoll illi l-ħasil tal flus u s-serq tal-miljuni hi lkoll inaċċettabli u jrid jkun hemm investigazzjoni ta fejn marru dawn il-flus. Jisħaq ukoll li dawn il-flus għadhom ikunu mogħtija lura.
Delia temm jgħid li l-gvern ma jemminx f’level playing field iżda qiegħed jagħti pożizzjoniet biss lil nies li jagħtu appoġġ lill-Gvern.