F'dan l-inċident weġgħet mara ta' 58 sena
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne talab inkjesta maġisterjali wara inċident fl-isptar Mater Dei.
Jidher li l-inċident seħħ f’sala tal-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei.
F’dan l-inċident weġgħat mara ta’ 58 sena.
Dwar il-każ għadhom ma ngħatawx aktar dettalji, ħlief rapport fuq The Times of Malta li jgħid li l-mara ‘waqgħet’ minn fuq is-sodda tal-operazzjoni.