Folla tiltaqa' quddiem Kastilja sigħat wara l-arrest ta' Yorgen Fenech

Folla rrabjata tiltaqa' quddiem Kastilja f'jum immarkat mill-arrest ta' sid 17 Black

'Korrotti' jgħid wieħed mill-messaġġi | Ritratt James Bianchi
'Korrotti' jgħid wieħed mill-messaġġi | Ritratt James Bianchi

Ilejla folla ta' nies reġgħet iltaqgħet il-Belt Valletta, din id-darba quddiem Kastilja u sigħat wara li sid il-kumpanija f'Dubaj 17 Black, Yorgen Fenech, kien arrestat. Il-folla rrabjata kellha f'idejha diversi messaġġi u posters, wħud minnhom b'wiċċ Daphne Caruana Galizia.

Ara hawnhekk x'ġara dalgħodu hekk kif kien arrestat Fenech 

Meta kien qed jindirizza din il-folla Manuel Delia sostna illi issa huwa tard wisq biex jitolbu lill-Prim Ministru jkeċċi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. "Issa tard wisq Muscat ... issa itlaq int!" irbombja leħen Delia għaċ-ċapċip ta' dawk preżenti. 

Huwa qal illi kien ilu magħruf isem Yorgen Fenech "u issa qisu libes il-kappell tal-Kummissarju tal-Pulizija (Muscat). Ġie jiftaħar, kważi jridna ngħidulu grazzi għax qal li qed jagħtuhom ir-riżorsa," sostna Delia. Huwa staqsa, rettorikament, jekk Muscat huwiex il-persuna li jiddeċiedi r-riżorsa li tingħata l-Pulzija.. 

Delia dar fuq il-Parlament u appella lid-Deputati Laburisti biex "inaddfu lill-Grupp Parlamentari u l-Gvern ta' Malta." 

"Ibdew wettqu x-xogħol tagħkom b'lealtà lejn il-Kostituzzjoni, għax intom il-lealtà tagħkom hija lejn il-Kostituzzjoni u lejn Malta, mhux lejn Joseph Muscat."

Huwa sostna illi l-grazzi illum għandha tkun lejn Daphne Caruana Galizia.

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

 

More in Politika