Bħalissa qed jitlaqqa' l-Grupp Parlamentari li ssejjaħ b'urġenza fid-dawl tal-żviluppi politiċi bl-arrest tas-sid ta' 17 Black Yorgen Fenech.
Sorsi li tkellmu ma' dan is-sit qalu illi waħda mill-kwistjonijiet li probabilment se tkun fuq l-aġenda hija l-possibilità li tkun organizzata attività tal-massa mill-partit. Filwaqt li l-partit jixtieq li jorganizza tali attività teżisti biża' li l-PN mhux b'saħħtu biżżejjed biex jimmobilizza lill-attivisti.
Delia intant wasal lura minn Żagreb fil-Kroazja ftit tal-ħin ilu. Hu baqa' sejjer għal din il-laqgħa.