L-organizzazzjonijiet Repubblika u Occupy Justice saħqu li minkejja x-xita u t-temp xejn sabiħ, il-protesta tal-lejla quddiem il-Parlament se tkun qed issir xorta waħda.
Din hija t-tielet protesta li qed issir minn meta nhar l-Erbgħa li għadda ġie arrestat Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black, allegatament b'rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Il-protesti qed isejħu għar-riżenji tal-Prim Ministru Joseph Muscat, tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff Keith Schembri.
Għall-protesta tal-lejla, l-għaqdiet qed iħeġġu lil dawk kollha li se jattendu biex jieħdu magħhom borom, twaġen, sfafar u mħaded fost oħrajn.
Il-protesta tibda fis-6pm quddiem il-binja tal-Parlament.