Vapur tal-Gozo Channel jaħbat mal-moll u jġarrab ħsarat

Il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana saħqet li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident

Mill-Arkivji
Mill-Arkivji

Vapur tal-Gozo Channel ħabat ma’ wieħed mill-mollijiet u għalkemm ma weġġa’ ħadd, il-vapur ġarrab xi ħsarat.

Ikkonfermat dan, il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana waqt li kienet qed twieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Chris Said.

Il-Ministru saħqet li qed tistenna r-rapport sħiħ dwar l-inċident iżda insistiet li dan seħħ minħabba r-riħ qawwi.

Kawża ta’ dan, il-Gozo Channel qed taħdem b’żewġ vapuri, hekk kif il-vapur Nikolaus qed isiru fuqu xi xogħlijiet biex isir aktar aċċessibbli.

Il-Ministru qalet li l-vapuri se jkunu qed jaħdmu b’aktar frekwenza biex il-Gozo Channel xorta waħda żżomm mal-iskeda.

Insistiet li inċident bħal dan ikompli juri kemm hu importanti li jkun hemm hemm konnettività permanenti bejn Malta u Għawdex.

More in Politika