Meta kien qed jitkellem illejla fil-Parlament il-Prim Ministru Joseph Muscat awgura lis-suċessur tiegħu biex iżomm l-għaqda fil-Partit Laburista. "Meta nara partiti u Gvernijiet li tmermru fuq ħmerijiet u hawnhekk għandna Gvern li kellu sfidi enormi quddiemu imma li se jkompli jmexxi biex ikompli l-leġiżlatura kollha."
"Nawgura minn qalbi lil dawk se joħorġu (għat-tmexxija tal-Partit Laburista) ... jekk inkun f'din il-Kamra u nibqa' fuq il-backbench se nwiegħed il-lealtà lejn min ikun qed imexxi. Nista' nassugira li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss il-vot jerġa tiegħu jerġa jkun lill-Partit Laburista "lil dan il-Gvern li kellu maġġoranza storika u għad għandu maġġoranza. Jiena se nkun hawnhekk biex ngħin fl-aħjar tal-abbilitajiet tiegħi," qal Muscat emozzjonat għall-approvazzjoni tad-Deputati tal-Gvern.
Huwa jammetti li xtaq jispiċċa mill-kariga mod ieħor għalkemm sostna li hekk kien hemm bżonn.
Muscat qal li hu żamm il-wegħda li se jagħmel minn kollox biex ikun solvut il-qtil ta' Daphnhe Caruana Galizia. "Mhux qed nagħmel għatu fuq il-każ. Il-puliizja jistgħu jtellgħu lil min iridu ... imma għalija kien imporatni li qabel nitlaq ridt nara li jkun hemm żvolta importanti f'dan il-każ."
"Nemmen li għandi ngawdi l-fiduċja tal-poplu. Ingawdi l-fiduċja tal-Grupp Parlamentari kollu tal-Partit Laburista. Kull laqgħa tal-Kabinett li kellna, ħassejt sens kbir ta' ħbiberija ... ma jfissirx li kulħadd yes sir, yes sir," qal il-Prim Ministru,.
"Terfa' r-responsabilità mhux biss dwar dak li għamilt, imma dwar dak li stajt għamilt. U dan il-kejl qed nużah fuqi nnifsi," sostna l-Prim Minstru.
"L-istituzzjonijiet għamlu xogħplhom minkejja l-attkki kontinwi fuqhom. Min jaf kemm se jgħidu u kemm se jkun hemm verżjonijiet differenti .... il-verità hija iżda li tressqet persuna bħala mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia."
"Jiena kburi li ddefendejt l-istutzzjonijiet," sostna Muscat li qal illi ħadd m'għandu jkun vjolenti biex jipprotesta.
Filwaqt li reġa' qal illi l-Gvern ta l-investigazzjonijiet kollha lill-pulizija biex iwettu xogħolhom sostna illi l-istituzzjonijiet kienu qed jagħmlu xogħolhom 24 siegħa kuljum.
Huwa ammetta li bħala Prim Ministru kien qed jingħata informazzjoni dwar l-investigazzjoni iżda sostna illi hu ma setax jgħaddi kummenti, "anke jekk saru stqarrijiet li ma kien qed isir. Fil-verità kien qed isir progress kontinwu," sosrna l-PM.