Malajr, malajr waslet ir-risposta ta' Robert Abela għall-proposta ta' Chris Fearne li jressaq lill-Kummissarju tal-Pulizija għal vot ta' żewġ terzi quddiem il-Parlament u dan isir il-mod kif ikun elett l-istess Kummissarju. Malajr ukoll waslet l-istess pożizzjoni ta' Abela fuq Konrad Mizzi li sostna illi minkejja ħbiberija tagħhom hu diġa għamilha ċara miegħu li f'Kabinett immexxi minnu ma jistax ikun Ministru. Dan qalu waqt intervista fuq il-programm Dissett illejla.
Filwaqt li rringrazzja lill-Kummissarju tal-Pulizija Abela, kontestant għat-tmexxija tal-Partit Laburista, qal illi filwaqt li dan ikollu jinbidel l-għażla m'għandhiex issir biż-żewġ terzi tal-Parlament. Minflok qed jipproponi li l-ħatra tkun skrutinizzata mill-Parlament u fil-Public Appointments Committe.
Huwa qal li minkejja li l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia saret b'mod tajjeb kien hemm nuqqas ta' komunikazzjoni minn naħa tal-Pulizija.