'Jiena għandi l-appoġġ tal-kabinett, jiena kont il-ko-pilota ma’ Muscat' - Fearne
Chris Fearne jsostni li hu ma wiegħed xejn lil ħadd ...
More in Politika
Chris Fearne jsostni li hu ma wiegħed xejn lil ħadd ...
Meta kien qed jiġi intervistat ilbieraħ waqt il-programm Xtra, il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista Chris Fearne sostna li hu ma wiegħed xejn lil ħadd waqt din il-kampanja.
Dan minkejja rapporti fuq il-gazzetta ILLUM li fil-fatt Fearne diġa ltaqa’ u indika lil diversi Deputati backbenchers li se jkunu qed jidħlu fil-kabinett billi jingħataw kariga. Fost dawn hemm Anton Refalo u anke Clifton Grima.
“Irridu nkunu magħqudin. Jiena għandi l-appoġġ tal-kabinett, jiena kont il-ko-pilota ma’ Joseph Muscat, naf insuq il-magna u naf ma’ kif u ma’ min irid naħdem,” sostna Chris Fearne.
Fuq il-programm Fearne sostna li minkejja l-entużjażmu ta’ Laburisti ġenwini, hemm ħafna li huma mweġġa b’dak li ġara fl-aħħar ġimgħat.
Bħal Bondi qabel, li tkellem mal-illum.com.mt, Fearne ċaħad li Lou Bondi qed jaħdem għall-kampanja tiegħu.
“Mhux vera li Lou Bondi jew Anton Attard qed jikkamanjaw miegħi. Lil Bondi ilni nafu żmien,” ammetta Fearne għalkemm reġa sostna li dan mhuwiex parti mill-kampanja tiegħu.
“Qalu li kien hemm tbagħbis. Mhux vera. Dawn l-istejjer qed isiru minn nies li jippruvaw jiżirgħu dawn l-istejjer minn barra,”sostna Fearne fir-rigward ta' aħbar fuq Net TV.
Huwa ċċara li hu ma wiegħed xejn lil ħadd u fakkar li Malta bħalissa għandha l-aqwa Kabinett li qatt kellha, b’tim ta’ nies li għamel il-ġid lil pajjiżna.”
Mistoqsi dwar l-istituzzjonijiet huwa qal li l-indipendenza ta’ dawn trid tkun garanitita u għall-mistoqsija tal-preżentatur Saviour Balzan, x’jagħmel jekk xi ħadd mit-tim tiegħu jkollu allegazzjonijiet kontrih hu qal li jaġixxi mill-ewwel kif taġixxi mill-ewwel il-pulizija.
“Jiena qiegħed hawn biex inservi u ma jiena se nħalli lil ħadd, iħammiġli ismu u isem il-partit.”
Dwar l-iżviluppaturi Fearne saħaq illi hu mhux dawn idejquh imma l-cowboys. “Jiena se jkolli tolleranza żero għal dawn l-affarijirt.”
(Iktar tard illum fuq dan is-sit tistgħu taraw x'qal Robert Abela fuq l-istess programm)