Aktar appelli għad-donazzjonijiet tad-demm ... bżonn ta’ iktar b’mod immedjat

Jekk id-donazzjonijiet tad-demm ma jsirux b’mod immedjat hemm riskju kbir li ammont ta’ operazzjonijiet jiġi ikkanċellati

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm għal darba oħra qed jappella għal iktar donazzjonijiet tad-demm, partikolarment tat-tipi O positive, O negative u A negative.

Jekk id-donazzjonijiet tad-demm ma jsirux b’mod immedjat hemm riskju kbir li ammont ta’ operazzjonijiet jiġi ikkanċellati.  L-għoti tad-demm għadu jsir minnufih fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġia li llum ser ikun miftuħ sas-6:00pm.

F’Għawdex, Illum It-Tlieta 14 ta’ Jannar, jistgħu isiru donazzjonijiet tad-demm fil-Berġa tax-Xewkija mis-1:00pm sal-5:00pm.  Il-karta tal-identità hi meħtieġa

Is-Servizz jinnota u jfakkar illi dawk li soffrew minn riħ komuni huma mitluba jħallu 15-il ġurnata minn l-aħħar sintomu qabel jersqu biex jagħtu d-demm, waqt li dawk li kienu ma jifilħux sew u ħadu l-antibiotiċi huma mitluba jħallu erba’ ġimgħat.

Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt

Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313

 

More in Politika