Roderick Galdes se jinħatar Ministru tal-Akkomodazzjoni Soċjali u allura jingħata promozzjoni minn Segretarju Parlamentari tal-istess suġġett.
Interessanti illi din hija l-ewwel darba fi snin illi l-akkomodazzjoni soċjali se jkollu Ministeru partikolarment għalih. Suġġett illi qajjem ħafna kritika hekk kif l-Awtorità tad-Djar għandha lista ta' stennija twila għal nies jistennew akkomodazzjoni soċjali.
L-akkomodazzjoni saret xi ħaġa iktar urġenti hekk kif id-domanda għall-kirjiet privatI kibret sew u allura għolew il-prezzijiet tal-istess kirjiet.
Galdes kien elett mis-sitt distrett u huwa t-tielet persuna minn Ħal Qormi fil-Kabinett. Fl-aħħar elezzjoni hu kiseb 2,757 vot, minn dan id-distrett.