Silvio Schembri, wiċċ żagħżugħ fil-Kabinett u Segretarju Parlamentari u meqjus illi għamel xogħol tajjeb ħafna fl-Innovazzjoni, bl-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni li tirregola id-DLT u l-Blockchain wkief ukoll il-fornituri tas-servizzi crypto, se jingħata Minuisteru kbir.
Definittivament illi dan ix-xogħol pożittiv ħalla r-riżultati u Schembri se jingħata l-Ministeru tal-Ekonomija, Ministeru kbir u importanti, flimkien mal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta.
Schembri se jkun qed jieħu post Chris Cardona, li mhux se jingħata post fil-Kabinett il-ġdid, f'dak li jirrigwarda ekonomija u se jieħu l-Air Malta minn taħt idejn Konrad Mizzi, li kien l-aħħar Ministru tal-Air Malta u li rriżenja ftit tal-ġimgħat ilu.