L-ewwel każi tal-coronavirus fl-istituzzjonijiet Ewropej
Il-coronavirus tasal fl-UE ukoll
More in Politika
Il-coronavirus tasal fl-UE ukoll
Il-Coronavirus laqtet l-istituzzjonijiet Ewropej ukoll.
Fil-fatt illum stess kienu kkonfermati żewġ każi ta' dan il-virus mill-awtoritajiet fi Brussell, wieħed fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u ieħor fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Skont l-istqarrija tal-aġenzija, membru irriżulta fil-pożittiv u qiegħed iżolat id-dar.
L-individwu kien għadu ġej mill-Italja nhar it-23 ta' Frar.
L-aġenzija talbet ukoll lil xi ħaddiema oħrajn li kienu f'kuntatt mal-persuna infettata biex jiżolaw lilhom infushom ukoll.
Intant il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ukoll ikkonferma din l-aħbar li dehret fuq il-POLITICO għalkemm sostna li mhux se jkun qed jikkanċella laqgħat. Id-Direttur Ġenerali tal-Kunsill William Shapcott qal illi qed jititeħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji filwaqt li qed ikunu identifikati persuni li għamlu kuntatt mal-persuna nfettata bil-Covid-19.