Il-lukandiera u l-GTA jfaħħru l-miżuri li ħabbar il-PM Robert Abela llejla

L-MHRA u l-GTA jinnotaw b'sodisfazzjon il-miżuri mħabbrin mill-Gvern 

Tony Zahra, President tal-MHRA
Tony Zahra, President tal-MHRA

Ftit wara li l-Prim Ministru Robert Abela waqaf iħabbar il-miżuri l-ġodda li se jaraw żieda sostanzjali fl-għajnuna lin-negozji u ħaddiema, l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA ) faħħrithom u qalet illi l-Gvern ta widen lil dak li proponew huma. 

"Aħna sodisfatti li l-Gvern semgħana ... l-għotja ta' €320 kull ħaddiem ma kinitx biżżejjed.  Aħna sodisfatti li l-Gvern kien lest jerġa jiddiskuti magħna għall-ġid ta' pajjiżna,"

Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li dan żgur mhux it-tmiem, "imma kunfidenti li se naħsdu l-frott meta jasal iż-żmien li nqajmu l-ekonomija tagħna mill-ġdid." 

Anke l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) faħħret il-miżuri li ħabbar il-Prim Ministru u qalet illi hija pożittiva dwar il-fatt li qed tittieħed kunsiderazzjoni tal-fatt li ċ-ċirkostanzi tan-negozji Għawdxin huma speċjali. 

Joe Muscat, mill-GTA
Joe Muscat, mill-GTA

 

More in Politika