L-ewwel mewta kkawżata mill-Coronavirus f'Malta
Anzjana hija l-ewwel vittma tal-coronavirus f'pajjiżna
More in Politika
Anzjana hija l-ewwel vittma tal-coronavirus f'pajjiżna
Il-Ministru Chris Fearne illejla waqt Konferenza tal-Aħbarijiet ħabbar l-ewwel mewt kawża tal-coronavirus f'Malta. L-ewwel vittma hija mara ta' 92 sena minn Għawdex li kienet diġa' tbati minn problemi oħrajn ta' saħħa.
L-anzjani huma fost l-aktar gruppi vulnerabbli u li jista' jinħolqulhom kumplikazzjonijiet jekk jieħdu l-Covid-19. Minkejja li din aħbar kerha ħafna u li qed tixxokkja ħafna lin-nies, il-Ministru tas-Saħħa ilu li wissa li minkejja kollox mewt se tkun inevitabbli, kif ġara f'prattikament kull fejn hemm l-imxija tal-virus.
Din il-mewt qed titħabbar hekk kif dalgħodu t-total ta' persuni f'Malta bil-Covid-19 tela' għal 299 każ.
Kemm il-Ministru Fearne kif ukoll is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalu illi din kienet l-ewwel, imma probabbilment mhux l-aħħar mewt.
B'kollox fid-dinja - skont numri aġġornati hemm 1,485,535 persuna li ħadet dan il-virus u minn dawn, 87,291 tilfu ħajjithom.
Fearne fakkar li kull min huwa vulnerabbli jeħtieġ jibqa' d-dar u elenka l-lista ta' dawk li huma vulnerabbli u li l-Gvern diġa' ħabbar illi ma jistgħux joħorġu mid-dar, ħlief għal qadjiet ta' emerġenza. Fost dawn hemm dawk kollha ta' 'l fuq minn 65 sena. dawk kollha li jbatu mill-kanċer, problemi tal-qalb, dijabete u aktar.