Minkejja l-aħbar kerha tal-ewwel mewt minn coronavirus f'pajjiżna iktar kmieni llum, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne llejla fuq Dissett qal ukoll illi 11-il pazjent ieħor fieq mill-coronavirus.
B'kollox sa dalgħodu Malta kellha 299 każ ta' persuni bil-Covid-19.
Il-Ministru qal li l-aħjar huwa illi l-proċess jieħu iktar żmien u tkun imħarsa is-saħħa tal-poplu. Huwa qal li hemm ħafna appart li qed jasal pajjiżna u li se jkollna biżżejjed biex il-pajjiż jinqeda issa u għaż-żmien li ġej.
Fearne ikkonferma iżda illi żewġ kontejners ġejjin lejn Malta bl-apparat mediku - inkluż vemtilators - għadhom it-Turkija, għalkemm ma kkonfermax jekk fil-fatt dan l-apparat insteraqx jew le.