Il-każ seħħ fi Triq il-Kappuċini
Anzjan ta’ 65 sena, minn Ħaż-Żabbar, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar f’Ħaż-Żabbar.
Kien għall-ħabta tad-9:00am, meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kappuċini.
Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żabbar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad- Distrett.