Matul il-ġurnata tal-Ħadd, 67 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Intant, fi spezzjonijiet fuq stabbilimenti, mini-market f’Tas-Sliema nstab li kien qed jipprovdi servizzi ta’ catering u take-away bi ksur tal-liġi.
L-istabbiliment ġie ordnat jagħlaq u se jiġi mmultat skont il-liġi.
Ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-455 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.
L-awtoritajiet wettqu aktar minn 20,000 spezzjoni mindu bdiet tiġi infurzata l-kwarantina obbligatorja.
Wieħed jista’ jċempel fuq 21692447 biex jirrapporta abbużi.