Żewġ pazjenti ġodda bil-coronavirus; Erba' pazjenti jfiequ
B'hekk, total ta' 286 fiequ għall-kollox mill-virus u l-każi attivi issa jammontaw għal 160 każ
More in Politika
B'hekk, total ta' 286 fiequ għall-kollox mill-virus u l-każi attivi issa jammontaw għal 160 każ
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, ħabbret li fl-aħħar 24 siegħa, Malta kellha żewġ każijiet pożittivi ta' COVID-19, hekk kif saru 700 test. B'kollox, sa issa, Malta kellha 450 każ ta' coronavirus.
Anke jekk ilbieraħ Malta ma kellha l-ebda każ, il-Professur Gauci saħqet li huwa normali li jibqa' jkun hemm numru żgħir ta' każijiet.
Minn evalwazzjoni li saret ilbieraħ, irriżulta li fiequ erba' pazjenti oħra. B'hekk, total ta' 286 fiequ għall-kollox mill-virus u l-każi attivi issa jammontaw għal 160 każ.
Tnejn minn dawk li fiequ kellhom inqas minn disa' snin.
Fakkret li Malta kienet fost l-aqwa pajjiżi għat-testijiet hekk kif sa issa saru xejn inqas minn 29,456 test.
Il-każi l-ġodda:
X'inhi s-sitwazzjoni f'Ħal Far?
Ir-residenti kollha fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far għadhom taħt kwarantina obbligatorja.
Il-Professur Gauci spjegat kif saru xejn inqas minn 359 test f'dan iċ-ċentru u minnhom 43 ħarġu pożittivi għall-COVID-19.
Mill-20 ta' April 'il quddiem ma kien hemm l-ebda każ ġdid ta' coronavirus f'dan iċ-ċentru.