'Għawdex huwa liberu mill-COVID-19' - Il-Ministru Clint Camilleri

Fuq Facebook, Camilleri saħaq li l-aħħar każ pożittiv f'Għawdex ħareġ ħmistax ilu u kull pazjent issa fieq

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li Għawdex ma għandu l-ebda każ ta' COVID-19 hekk kif il-pazjenti kollha Għawdxin issa fiequ.

L-ewwel pazjenta li mietet bil-COVID-19 f'Malta kienet Għawdxija.

Fuq Facebook, Camilleri saħaq li l-aħħar każ pożittiv f'Għawdex ħareġ ħmistax ilu u kull pazjent issa fieq. 

"Għaldaqstant gżiritna hija COVID-19 free," saħaq Camilleri.

Huwa rringrazzja lil kulħadd għall-impenn filwaqt li appella għall-kawtela.

"Irridu nibdew issa wkoll infasslu t-triq 'il quddiem," saħaq Camilleri

More in Politika