Tliet każi ġodda ta' COVID-19 f'Malta; Ifiequ seba' persuni oħra

Wieħed mill-każi l-ġodda huwa ta' ħaddiem tas-saħħa li jaħdem fl-Isptar Mater Dei u ħadem l-aħħar ġurnata qabel ħarġu s-sintomi.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li fl-aħħar 24 siegħa saru 731 test u minnhom tlieta rriżultaw pożittiv, biex hekk, minn meta kellha l-ewwel każ, Malta rreġistrat 480 każ.

Apparti minn hekk, fiequ wkoll seba' persuni oħra biex hemm fiequ total ta' 399 persuna biex issa, it-total tal-każi attivi huma ta' 77.

Fost il-persuni li fiequ hemm persuna li għandha 'l fuq minn 80 sena.

Apparti minn hekk, anke jekk fadal pazjent fl-ITU, dan ma għadux fuq il-ventilator, biex hekk Malta ma għandha l-ebda pazjent li jinsab fuq il-ventilator.

Il-każi l-ġodda kollha kellhom is-sintomi

  • Malti ta' 33 sena. Beda bis-sintomi fid-29 ta' April. Kellu diversi sintomi u kien kuntatt ta' wieħed mill-pazjenti li rriżulta pożittiv fil-ġranet li għaddew. Qed isir contact tracing mal-familja.
  • Mara ta' 50 sena. Fit-2 ta' Mejju bdiet bis-sogħla. Qarib ta' din il-mara kellu kuntatt mal-istess persuna li kien irriżulta pożittiv fil-ġranet li għaddew u li miegħu kellu kuntatt ir-raġel ta' 33 sena.
  • Ħaddiem tas-Saħħa ta' Mater Dei. Għandu 26 sena. Ħadem l-aħħar ġurnata qabel ħarġu s-sintomi iżda xorta qed isir kuntatt mal-kollegi u l-pazjenti li magħhom kellu kuntatt. 

More in Politika