Skont ċifri tal-Eurostat Malta kellha r-raba' l-irħas prezz tad-dawl għal kull 100 KW fit-tieni nofs tas-sena 2019. Fil-fatt bi prezzijiet inqas minn pajjiżna kien hemm biss il-Bulgarija, l-Ungerija u l-Litwanja.
Fl-istess livell ta' Malta kien hemm il-Kroazja. Il-prezz tal-elettriku f'Malta kien ta' ftit iktar minn €12.50ċ meta l-medja fl-UE hija ta' €21.60ċ għal 100 KW.
Malta wkoll kienet fost dawk il-pajjiżi illi fit-tieni nofs tal-2019 raw tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl, bi tnaqqis minimu ta' - 0.2%. Pajjiżna huwa wkoll huwa fost dawk fl-UE illi fihom il-kont dawl huwa persentaġġ żgħir mit-taxxi u ħlasijiet b'6% biss.
L-ogħla kontijiet tad-dawl huma fid-Danimarka (€29.2), Il-Ġermanja (€28.7) u l-Belġju (€28..6).