Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ġew ikkonfermati seba' pazjenti ġodda bil-Covid-19 hekk kif saru 'l fuq min 1,400 test.
Apparti minn hekk fiequ wkoll erba' pazjenti biex issa t-total ta' każi attivi f'Malta huwa ta' 93.
Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci tat aktar dettalji tal-każi l-ġodda u li l-maġġoranza tagħhom kienu pazjenti li ma kellhom l-ebda sintomi:
- Maltija ta' 52 sena. Din taħdem ġo ħanut. Kienet qed issegwi l-miżuri ta' mitigazzjoni u kienet qed tilbes il-maskra u għalhekk ir-riskju ta' trasmissjoni lill-klijenti jkun baxx.
- Raġel ta' 52 sena. Mar l-emerġenza minħabba kundizzjoni medika oħra u sarlu t-test u ħareġ pożittiv. Ma kienx qed imur xogħol.
- Raġel ta' 47 sena. Ukoll mar l-emerġenza minħabba kundizzjoni medika oħra, sarlu t-test u ħareġ pożittiv. Qed isir kuntatt mal-kollegi u n-nies li jgħixu miegħu.
- Malti ta' 50 sena. Ukoll ma kellu l-ebda sintomi u mar mal-familja biex jagħmlu t-test. Jaħdem ġo ħanut iżda kien qed jilbes il-visor.
- Mara ta' 26 sena. Taħdem bħala carer ġo dar tal-anzjani. Sarilha t-test qabel daħlet xogħol u dan irriżulta pożittiv. Għalhekk ma kellha l-ebda kuntatt mal-anzjani.
- Malti ta' 55 sena. Dan huwa pazjent rikoverat f'sala f'Mater Dei. Ma kellu l-ebda sintomi iżda kellu kuntatt ma' persuna pożittiva.
- Raġel ta' 32 sena. Dan huwa carer f'Karin Grech. Kellu kuntatt ma' pazjent ieħor pożittiv u ħarġulu s-sintomi.