287 ħaddiem tas-saħħa ta' Mater Dei jinsabu fi kwarantina

Pazjent wieħed fis-sala tal-ENT wassal biex ġew infettati diversi ħaddiema tas-saħħa

Waqt il-bulettin mediku ta' kuljum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci spjegat kif b'kollox hemm 287 ħaddiem tas-saħħa f'Mater Dei li jinsabu fi kwarantina.

Fil-fatt, pazjent wieħed fis-sala tal-ENT wassal biex ġew infettati diversi ħaddiema tas-saħħa u anke carers tant li tliet swali kellhom jingħalqu temporanjament sakemm ikun jista' jsir l-iddiżinfettar.

Anke jekk in-numru huwa sostanzjali, Gauci saħqet li huwa importanti li meta ħaddiema tas-saħħa jkunu f'kuntatt ma' persuni infettati, dawn jitpoġġew fi kwarantina biex jonqos ir-riskju ta' aktar tixrid tal-virus.

Aqra wkoll:

Ħames pazjenti ġodda bil-COVID-19 fosthom anzjan ta' 97 sena li kien Karin Grech

More in Politika