X'jistgħu u x'ma jistgħux jagħmlu l-hairdressers? Ħarsa lejn il-linji gwida
L-ewwel u qabel kollox kull min imur għand il-hairdresser jew barbier irid ikollu appuntament
19 ta' Mejju 2020 08:58
minn Yendrick Cioffi
minn Yendrick Cioffi
Kif tħabbar ilbieraħ, il-hairdressers u l-barbiera se jkunu fost dawk in-negozji li se jkunu qed jiftħu mill-ġdid il-bibien tagħhom. Iżda l-mistoqsija fuq fomm kulħadd tibqa’: kif se jkunu qed joperaw dawn l-istabbilimenti?
Dawn huma l-linji l-gwida li fuqhom se jkunu qed jimxu il-hairdressers u l-barbiera:
- Ikun hemm biss klijent wieħed għal kull 10 metru kwadru
- Is-siġġijiet jinżammu f’distanza ta’ żewġ metri ‘l bogħod minn xulxin jew inkella jkunu separati b’perspex għolja żewġ metri
- Hand sanitisers iridu jkunu disponibbli fil-bieb u ma’ kull siġġu
- Kemm il-klijenti u anke l-ħaddiema jridu jilbsu l-maskra
- Bejn klijent u ieħor irid isir l-iddiżinfettar taż-żona, inkluż is-siġġu u s-sink
- Ma jistax ikun hemm affarijiet mhux essenzjali bħalma huma l-magazines
- Kull klijent trid titteħidlu t-temperatura qabel jidħol.
X’ma jistax isir?
- Il-barbiera mhux se jkunu jistgħu jqaxru jew jirranġaw il-leħja jew id-daqna tal-klijenti
- Kemm jista’ jkun qed jingħataw struzzjonijiet biex ma jintużawx il-hairdryers
- Kemm il-hairdressers qed ikunu mħeġġa ma jużawx it-terra u lanqas brushes tal-għonq.
Importanti wkoll li kull klijent irid ikollu appuntament. Wieħed ma jistax jaqbax u jmur jagħmel xagħru.
Dawn huma ftit biss mill-punti li l-hairdressers u l-barbiera qed ikunu mħeġġa jsegwu. Aktar dettalji jinsabu hawn taħt.
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...
More in Politika