Ikkonfermati 15-il każ ġdid ta' COVID-19; Tliet pazjenti oħra jfiequ

Issa l-għadd tal-każi attivi tela' għal 125

Fl-aħħar 24 siegħa, hekk kif saru 1,358, ammont inqas minn dak tal-aħħar jiem, irriżultaw 15-il każ ġdid ta' COVID-19 f'Malta.

Mill-banda l-oħra, fiequ tliet pazjenti biss issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 125 każ.

B'kollox, f'Malta, fiequ 468 persuna.

Illum mhux se jingħataw aktar dettalji dwar dawn il-każi l-ġodda hekk kif is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qed tagħti bulettin mediku nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa

More in Politika