Il-linja tal-ajru Ryanair laqgħet il-linji gwida li qed timbotta ‘l quddiem l-Unjoni Ewropea fosthom biex ikun hemm ‘kurituri siguri’ għall-ivjaġġar bl-ajru anke f’dan iż-żmien ta’ pandemija.
Fi stqarrija, Ryanair, li fl-aħħar jiem ħabbret li lesta biex tibda topera mill-ġdid 40% tat-titjiriet tagħha, faħħret il-fatt li l-UE qed tappella biex jittorna l-ivjaġġar filwaqt li tingaħata prijorità lis-saħħa u s-sigurtà tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ.
L-UE qed tappella għall-użu tal-maskri u anke tad-distanza soċjali kemm fl-ajruporti u anke fuq l-ajruplani.
Ryanair ma taqbilx biss mal-miżura tal-Gvern Ingliż u anke dak Irlandiż biex ikun hemm 14-il jum ta’ kwarantina għal kull min jidħol fil-pajjiż.
L-Unjoni Ewropea qed tittama li l-ivjaġġar jibda mill-ġdid bejn Lulju u Awwissu.
Aqra hawn x’qalet mal-gazzetta ILLUM il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli.