Ippubblikati linji gwida għat-taħriġ fil-faċilitajiet sportivi fil-miftuħ
It-taħriġ jista’ jsir fi gruppi ta’ sitta u jista’ jkun magħmul minn ħames atleti u kowċ, jew grupp ta’ sitt atleti
More in Politika
It-taħriġ jista’ jsir fi gruppi ta’ sitta u jista’ jkun magħmul minn ħames atleti u kowċ, jew grupp ta’ sitt atleti
Wara r-rilaxx tal-aħħar miżuri, fil-ġranet li ġejjin se jiftħu numru ta’ faċiliatjiet sportivi ‘outdoor’ ta’ SportMalta u l-atleti se jkunu jistgħu jerġgħu jipprattikaw l-isport tagħhom fil-miftuħ.
Għalhekk ġew ippubblitati l-linji gwida għal dawn il-faċilitajiet:
“Nappella lill-atleti biex jipprattikaw l-isport fil-limiti tad-direttivi tal-avviż legali u l-linji gwida b’rispett lejn xulxin u tas-soċjetà tagħna, li għalkemm għamlet passi ta’ ġgant fl-aħħar ġimgħat, għadha ma ħarġitx totalment minn dan il-perjodu ta’ sfida,” appella s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.
Għal iktar informazzjoni, l-għaqdiet, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi għandhom jirreferu għall-linji gwida ppublikati u jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ SportMalta fuq [email protected].