B’seħħ mil-lum, il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju, is-sospensjoni li bħalissa tapplika għall-konvenji se titwaqqaf.
Fi stqarrija l-Gvern spjega kif se tkun qed tiskatta sospensjoni ta’ għoxrin ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż legali.
Wara li mbagħad jgħaddi dan il-perjodu ta’ sospensjoni, ikompli għaddej ir-rimanenti perjodu li kien fadal fuq il-konvenju kkonċernat.
Fl-4 ta’ Mejju 2020, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ordnat ukoll il-ftuħ mill-ġdid tar-Reġistri tal-Qrati.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis saħaq li dan hu pass ieħor meħud mill-Gvern lejn in-normalità tant importanti wkoll għall-ekonomija, il-kummerċ kif ukoll il-ħolqien tax-xogħol.